Tuesday, May 14, 2024

Il-Ministru għad-Difiża Taljan jiċħad li bastimenti Russi għaddew mill-ibħra Taljani

Aqra wkoll

Il-Ministru għad-Difiża Taljan nhar it-Tnejn ċaħad rapporti li dehru fil-midja li bastimenti Russi kienu qed ibaħħru mill-Kanal ta’ Sqallija.

Intqal kif il-flotta ta’ bastimenti qed tbaħħar mill-ibħra internazzjonali u n-NATO kienet qed issegwi l-vjaġġ tagħhom minn meta telqu f’nofs Jannar mill-portijiet ta’ Severomorsk u Baltijsk.

“In-NATO qed tkompli tissorvelja l-flotta”, qal Uffiċjal fil-Ministeru għad-Difiża Taljan.

Huwa żied jgħid li la l-forzi tan-NATO u lanqas dawk Russi ma wrew xi mġieba jew intenzjoni li jeskalaw is-sitwazzjoni.

Sport