Sunday, November 24, 2024

Hockey: Il-Polonja b’punti massimi wara rebħa kontra Malta

Aqra wkoll

Il-Polonja kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva f’Pool A tal-kampjonat tat-tielet diviżjoni tal-Euro Hockey meta għelbu lil Malta 6-0.

Minkejja t-telfa, il-Maltin lagħbu tajjeb u kien biss fl-aħħar quarter li l-Pollakki aċċertaw ruħhom mit-tliet punti finali. L-istess Pollakki kienu ġejjin minn rebħa kbira ta’ 23-0 kontra s-Serbja.

Fl-ewwel quarter, il-Polonja marru minn fuq wara kwarta logħob minn Eryk Bembenek sabiex fit-tieni quarter, huma rduppjaw l-iskor minn Jacek Kurowsky.

Fit-tielet quarter, il-Maltin baqgħu jiddefendu tajjeb għalkemm Mateusz Nowakowski sab il-ħin jiskorja t-tielet gowl.

Fir-raba’ quarter, l-għejja bdiet tagħmel tagħha fost il-plejers Maltin b’Erik Bembenek li nkuruna wirja mill-aqwa hekk kif skorja żewġ gowls oħra b’Robert Pawlak jissiġġilla r-rebħa finali.

F’aktar logħbiet li kellna mill-istess grupp, il-Kroazja għelbu lis-Serbja 7-0 filwaqt li Ġibilta’ kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva wara skor ta’ 7-2 kontra l-Litwanja.

KLASSIFIKA – POOL A

Polonja, Kroazja, Ġibilta’ 6, Litwanja, Malta, Serbja 0

Sport