Saturday, April 27, 2024

Hockey: Marsaskala Heat jipparteċipaw f’festival tal-Hockey fi Sqallija

Aqra wkoll

Il-klabb tal-hockey ta’ Marsascala Heat ħadu sehem f’festival sportiv fi Sqallija sabiex jipprepara bl-aħjar mod għall-bidu tal-istaġun li ġej.

L-iskwadra Skalina telgħet b’diversi gruppi ta’ plejers fosthom under 12, under 14 u under 16 kif ukoll tim tan-nisa.

Huma lagħbu diversi partiti kontra Galatea, Cus Cagliari u Barcelona fejn kisbu riżultati verament tajbin.

Il-festival intlagħab fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u għal Marsascala Heat din kienet l-ewwel esperjenza barra minn xtutna.

Sport