Doppjetta ta’ Julian Zahra u gowl ieħor ta’ Juan Sarcia kienu biżżejjed għal Qormi Daikin sabiex jibdew il-kampjonat 2022/23 tal-Hockey bl-aqwa mod possibbli meta għelbu lil Floriana Young Stars 3-0.
Il-Qriema dejjem kienu fil-kontroll tal-logħba u wara li stabilixxew vantaġġ inizjali, mhux biss ikkontrollaw is-sitwazzjoni iżda kellhom iċ-ċans jiskorjaw żewġ gowls oħra għall-ewwel punti tal-istaġun.
Min-naħa ta’ Floriana, dawn ippruvaw iwettqu reazzjoni iżda d-difiża ta’ Qormi żammet sod.
Qormi Daikin: Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Luke Bajada, Zachary Degiovanni, Ayrton Falzon, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Julian Zahra, Daniel Ellul, Keith Calleja, Axel Cauchi, Kyle Micallef, Kurt Grixti, Neil Genovese, Luca Fsadni, Jamie Arpa.
Floriana Young Stars: Marvin Grixti, Mark Camilleri, Luke Borg Costanzi, Daniel Farrugia, Verner Cachia, Elton Cassar, Joy Gibson, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Deemer Rapinett, Anton Saliba.
Umpires: Emile Borg, Shawn Mifsud.
Anke GREE Sliema Hotsticks ma sabu l-ebda diffikulta sabiex jegħlbu lil White Hart bl-istess skor ta’ 3-0.
Is-Slimiżi ddominaw din il-partita għalkemm White Hart iddefendew bi ħġarhom sabiex jillimitaw id-danni.
Christ Agius kien poġġa lill-Blues fil-vantaġġ fl-ewwel quarter sabiex fit-tieni wieħed Chris Sammut irdoppja l-iskor.
Fit-tielet quarter, Chris Agius inkuruna wirja mill-aqwa għad-doppjetta personali sabiex issiġġilla l-iskor finali ta’ 3-0.
GREE Sliema Hotsticks: Emile Borg, Ryan Dalli, Luke Brincat, Andrew Monaghan, Shaun Grima, Ryan George, Keith Scicluna, Gary Bonnici, Christian Sammut, Daniel Agius, David Vella Dingli, Karl Borg, Alessandro Amore, Christ Agius, Charlo Sammut, Ludwig Cole, Lukas Plaehn, Kurt Bonnici.
White Hart: Karl Borg, Stephen Micallef, Paola Calleja, David Agius, Elton Lee Farrugia, Luke Dimech, Alvin Galea, Kevin Micallef, Ali Shah, Shawn Falzon, Karl Dimech, Karl Brincau, Oscar Toledano, Matthew Buhagiar, Matthew Camenzuli, Rick Micallef, Glen Bonello.
Umpires: Edward Hughes, Karl Chircop
Sadanittant mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Nicole Zammit kienet il-protagonista għal Qormi Ladies li kisbu l-ewwel rebħa staġjonali hekk kif skorjat ħames gowls u xprunat lit-tim tagħha għal rebħa ta’ 6-1 kontra GREE Sliema Hotsticks.
Il-Qriema kienu determinati li jieħdu l-ewwel punti tal-istaġun bid-difiża Slimiża li sabitha diffiċli twaqqaf lil Zammit. Camila Nasca skorjat gowl ieħor għat-tim tagħha bi Sliema li naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Niki Runza.
Umpires: Glen Bonello, Karl Chircop.