Kienet logħba ferm mistennija bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu l-isfidanti ta’ din il-kompetizzjoni.
Qormi bdew tajjeb u marru fil-vantaġġ fl-ewwel quarter sabiex irnexxielhom anke jamministraw it-tieni quarter.
Iżda mit-tielet quarter ‘l hemm, iż-Żrieraq inbidlu mil-lejl għan-nhar u wara li ġabu l-iskor indaqs, saħansitra żiedu tnejn oħra sabiex ħadu żewġ punti ferm prezzjużi.
Juan Sarcia poġġa lil Qormi minn fuq sabiex fit-tielet quarter Shaun Grima ġab l-iskor indaqs. Fl-aħħar quarter, doppjetta ta’ Jonathan Borg aċċertat ir-rebħa lil GREE Żurrieq Hotsticks.
Umpires: Edward Hughes u Karl Chircop
Trust Payments Floriana Young Stars kisbu rebħa komda ta’ 7-0 kontra White Hart. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa tal-Greens f’din il-kompetizzjoni. Huma amministraw il-partita sa mill-bidu sabiex ma kienx hemm dubju fejn se jmorru l-punti massimi.
Karl Chircop kien awtur ta’ tliet gowls għal Greens filwaqt li Mark Camilleri skorja doppjetta. Luke Borg Costanzi u Justin Farrugia għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.
Umpires kienu Alessandro Amore u Keith Calleja.
F’logħba pjaċevoli mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsascala Heat 5-3.
Il-Qriema dejjem kienu fil-vantaġġ iżda f’xi mumenti, l-Iskalin wettqu reazzjoni u naqqsu l-marġni tal-iskor għalkemm ma kienx biżżejjed biex jevitaw it-telfa.
Wyatt Magri skorja tliet gowls filwaqt li Neil Spiteri żied tnejn oħra għal Qormi Daikin sabiex Kane Zammit, Alessandro Piscopo u Angel Lupu irrispondew għal Marsascala Heat.
Umpires kienu Alessandro Amore u Edward Hughes.