Saturday, May 18, 2024

Table-Tennis: Malta se torganizza l-grupp ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza Ewropea

Aqra wkoll

Malta se tospita l-grupp ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza Ewropea organizzat mill-Federazzjoni tat-Table Tennis Ewropea. Dan kollu se jseħħ fil-Kulleġġ Santa Klara f’Pembroke bejn it-8 u l-10 ta’ Diċembru li ġej.

Il-logħob se jkun organizzat u ospitat mill-Malta International Table Tennis Centre Academy fejn seba’ timijiet oħra se jkunu qed jipparteċipaw u maqsuma f’żewġ gruppi.

Fil-fatt fi grupp A, MITTC se jkunu qed jaffaċċjaw lil ASD Marcozzi tal-Italja, Panathinaikos SC tal-Greċja u Table Tennis Club Zeleznicar tas-Serbja.

Fi grupp B, tim ieħor Malti iġifieri HITT Academy Tibhar se jkun qed jilgħab kontra TTC Radnicki tal-Kroazja, Club ASD Tennis Tavolo Sassari u ASD Santa Tecla Nulvi tal-Italja.

Id-dħul għal dawn it-tlett ijiem ta’ logħob se jkun b’xejn u d-dilettanti ta’ dan l-isport se jkollhom iċ-ċans li jaraw aktar mill-viċin logħob ta’ livell għoli.

L-iskeda tal-logħob hija din:

8 ta’Dicembru: ASD Marcozzi vs Panathinaikos

ASD Tennistavolo Sassari vs Club ASD TT Santa Tecla Nulvi

TTC Radnicki 1972 Beocin vs HiTT Academy Tibhar

MITTC vs Table Tennis Club Zeleznicar

HiTT Academy Tibhar vs Club ASD Tennistavolo Sassari

9 ta’ Dicembru: ASD Santa Tecla Nulvi vs TTC Radnicki 1972 Beocin

Panathinaikos vs Table Tennis Club Zeleznicar

HiTT Academy Tibhar vs ASD Santa Tecla Nulvi

MITTC vs ASD Marcozzi

TTC Radnicki 1972 Beocin vs Club ASD Tennistavolo Sassari

10 ta’Dicembru :

ASD Marcozzi vs Table Tennis Club Zeleznicar

MITTC vs Panathinaikos

Fl-10 ta’ Dicembru tibda wkoll il-fażi finali għall-klassifikazzjoni mill-gruppi.

Sport