Friday, November 15, 2024

Houssem Aouar minflok Nicolo Zaniolo?

Aqra wkoll

Hekk kif Nicolo Zaniolo kważi lest sabiex jingħaqad ma’ Tottenham Hotspurs, id-diriġenti ta’ AS Roma qed jaħdmu qatigħ sabiex isibu s-sostitut denju għalih.

Għajnejn id-diriġenti mill-belt kapitali Taljana marru fuq Houssem Aouar li bħalissa jinsab reġistrat fil-kotba ta’ Olympique Lyon. Dan tal-aħħar hu plejer ta’ nofs il-grawnd li minkejja kollox, mhux se jitħalla jitlaq kif ġieb u laħaq. 

Hemm min qal li Aouar diġa’ ta kelma lid-diriġent Tiago Pinto u għalhekk is-sigħat li ġejjin għandhom ikunu ferm interessanti speċjalment għall-futur tiegħu.

Ekonomija

Sport