Friday, May 3, 2024

Darts: Id-derby Ħamruniż jispiċċa fi draw

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern A u Ħamrun Education ħadu punt kull wieħed hekk kif spiċċaw fi draw ta’ 4-4 fl-iktar logħba mistennija mid-disa’ ġurnata tal-kampjonat nazzjonali 8-a-side tad-darts.

Dan kien ikkunsidrat bħala d-derby Ħamruniż bejn żewġ timijiet li qed jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika.

Bayern dejjem kienu fil-vantaġġ iżda Education Bar dejjem irrispondew bl-aħħar żewġ games determinanti għalihom sabiex jagħmlu l-iskor finali ta’ 4-4.

Iż-żewġ timijiet tal-Ħamrun jinsab ras imb’ras fl-ewwel post flimkien ma’ Floriana Ajax A li għelbu lil Manchester Conquest Pub 7-1 l-istess bħalma għamlu Fgura Kenky kontra Top Gun Bar.

Sliema Inter Darts Club żammew il-konsistenza tagħhom wara li għelbu lil Ħamrun Bayern B 5-3.

Fit-tieni diviżjoni, il-leaders Birżebbuġa Lions baqgħu jżommu żewġ punti vantaġġ fuq PO’s Bar fil-klassifika hekk kif għelbu lil Cox Bar 7-1, bl-istess skor jiġi rreġistrat minn Fgura Maypole kontra Mqabba tal-Ġilju.

Min-naħa tagħhom, PO’s Bar għelbu 6-2 lil Floriana Ajax B.

Fit-tielet diviżjoni, iż-żewġ timijiet fil-quċċata Birgu Boċċi Club u Żejtun Domus spiċċaw fi draw ġust ta’ 4-4 filwaqt li Żebbuġ Rangers komplew jiksbu l-punti wara rebħa ta’ 6-2 kontra Mqabba FC.

Duke’s B kisbu r-raba’ rebħa staġjonali wara skor ta’ 5-3 kontra Leah’s Bar.

Sport