Wednesday, April 24, 2024

Blackball: Birkirkara Youngsters u Mosta St Mary’s jibqgħu l-ewwel fir-Regional League

Aqra wkoll

Birkirkara Youngsters u Mosta St Mary’s baqgħu fl-ewwel post tal-kampjonat reġjonali tal-Blackball meta rebħu l-logħbiet rispettivi tagħhom.

Il-Karkariżi rebħu 11-4 kontra Selmun Bar A filwaqt li l-Mostin kisbu rebħa tajba ta’ 11-6 kontra Birkirkara Duke’s A.

L-istess skor ġie reġistrat minn San Ġwann Nik’s u Birkirkara Boċċi li għelbu lil San Ġwann White Hart u Ħamrun 147 C rispettivament.

Mill-Community League, il-leaders għadhom Valletta Fossa Boys li kisbu t-tielet rebħa staġjonali wara li għelbu lil Selmun Bar C 11-3.

PL Balzan A u Jojo’s Birżebbuġa B kisbu skor identiku ta’ 11-6 kontra Birkirkara Duke’s B u Mosta St Mary’s B filwaqt li Juve Birkirkara B kellhom sfida iebsa minn Domus Kids Żejtun għalkemm xorta rebħu 11-9.

Sport