Is-Sibt, 29 u l-Ħadd, 30 ta’ April, is-sewwieq żagħżugħ tal-karting Ayrton Jon Tonna ħa sehem fit-tielet round tal-Coppa Italia Zona 8 f’Circuito Vincenza f’Ispica, Sqallija.
Tmiem il-Ġimgħa ta’ tiġrijiet kien mimli emozzjoni, peress li Tonna kellu jaġġusta ruħu għal kart ġdida malajr kemm jista’ jkun. Fl-aħħar, Tonna kiseb il-pole position b’ħin rekord ta’ 48.716 sekondi.
Matul il-Pre-finali, Tonna ddomina mill-aktar dawra veloċi wara l-oħra u kiseb distakk komdu minn sewwieqa oħra.
Ħsara fil-magna niżlet lil Tonna fl-aħħar pożizzjoni, P11. Madankollu, ladarba t-tim solva l-problema, Tonna beda jirkupra, qabeż numru ta sewwieqa, u rnexxielu jerġa’ lura fit-2 pożizzjoni u jerġa jagħmel dawra oħra veloċi.
Kollox ma’ kollox, it-tim kien kuntent bir-riżultat finali, jiġifieri P1 fil-kwalifikazzjoni, P1 fil-Prefinali u P2 fil-Finali.