Friday, May 3, 2024

Mara b’kanċer teħtieġ l-għajnuna tiegħek biex ma tinfiridx mill-klieb tagħha għal dejjem

Aqra wkoll

Omm ta’ 29 sena li għandha kanċer f’sidirha u li l-ġimgħa d-dieħla se tibda tirċievi l-kimoterapija teħtieġ l-għajnuna tal-pubbliku biex ma tinfiridx għal dejjem mill-klieb tagħha.

F’messaġġ li nxtered fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares, il-mara spjegat li għal żmien temporanju minħabba l-ammont ta’ ħin li se tkun qed tqatta’ l-isptar mhix se tkun f’pożizzjoni li tibqa’ tieħu ħsieb il-klieb.

Għaldaqstant hija qed titlob biex javviċinawha persuni li jistgħu jieħdu ħsieb lil dawn il-ħlejqiet tant għal qalbha bit-tama li appena jiġu fi tmiemhom is-sessjonijiet tal-kimoterapija tkun tista’ terġa’ tingħaqad lura mal-klieb.

Jekk dan mhux possibbli, sfortunatament se jkollha tpoġġihom għall-addozzjoni.

Sport