Monday, November 4, 2024

Ħsarat kbar fit-terminal tal-Fast Ferry fil-Belt

Aqra wkoll

Konsegwenza tal-maltemp kbir li għamel fl-aħħar jiem, it-terminal tal-Fast Ferry fil-Belt Valletta spiċċa bi ħsarat kbar li skont sorsi jgħidu li jammontaw għal eluf kbar ta’ ewro.

L-awtoritajiet qegħdin jipprovaw li jirranġaw il-ħsarat fl-inqas żmien posibbli minkejja li dan xorta mistenni li jieħu ammont ta’ ġimgħat.

Is-servizz tal-fast ferry bejn Għawdex u Malta s’issa għadu sospiż u mhux magħruf jekk hux se jerġa’ jibda sakemm it-terminal jitranġa.

Sport