It-titjiriet ġewwa u ’l barra mill-Iżvizzera ġew sospiżi għal sigħat sħaħ wara li l-ispazju tal-ajru tal-pajjiż kellu jingħalaq minħabba ħsarat fis-sistema kompjuterizzata li tikkontrolla t-traffiku tal-ajru tal-pajjiż.
Il-kumpanija Skyguide qalet li ħsarat żviluppaw kmieni lbieraħ filgħodu u wasslu biex l-ispazju tal-ajru kollu tal-Iżvizzera jingħalaq minħabba “raġunijiet ta’ sigurtà”. Kawża ta’ dan numru ta’ titjiriet kellhom jintbagħtu lejn Milan. Vladi Barrosa, li huwa kelliemi għal Skyguide, qal li l-problema jidher kellha x’taqsam ma’ hardware u ma hemm l-ebda indikazzjoni li dan kien xi attakk minn hackers.
Għal perjodu ta’ ħin, sakemm is-sistema kienet qiegħda tiġi rranġata, it-titjiriet kienu qegħdin isiru biss mill-ajruport ta’ Basel-Mulhouse fejn għalkemm Basel tinsab fl-Iżvezja, din tinsab fuq territorju Franċiż u b’hekk taqa’ taħt l-ispazju tal-ajru ta’ Franza.