Wednesday, July 24, 2024

Ħu Rita Ellul jgħid li l-familja straħet għax saret ġustizzja mal-vittma

Aqra wkoll

“Issa striħajna jien u l-familja tiegħi għax issa ħa li ħaqqu u se joqgħod il-ħabs sakemm imut għax hekk ħaqqu”. Dan kien il-messaġġ li kiteb Joe Ellul fuq Facebook, li jiġu ħu l-vittma Rita Ellul li nqatlet fi Frar ta’ sentejn ilu.

Ellul qal ukoll li għalkemm ma jistgħux iġibuha lura lill-oħtu, saret ġustizzja kif mistħoqq. Fl-istess messaġġ, huwa rringrazzja lill-Pulizija talli għamlu xogħlhom sew.

Huwa rringrazzja wkoll lill-Qorti u lill-avukati tal-ħidma tagħhom. Temm il-messaġġ billi rrinrazzja lill-pubbliku nġenerali.

Propju lbieraħ, Lawrence Abina ta’ 31 sena mill-Ghana ntbagħat għomru l-ħabs wara li l-ġurati sabuh ħati b’mod unanimu li qatel lill-eks sieħba tiegħu, Rita Ellul.

Ekonomija

Sport