Wednesday, July 24, 2024

Każ ta’ vjolenza fl-MCAST rappurtat lill-pulizija

Aqra wkoll

Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) għamel riferenza għall-filmat li qed jiċċirkola online li juri mġiba ħażina waqt taħdita fil-Kulleġġ.  Fi stqarrija l-MCAST qal li ħa azzjoni mmedjata u rapport l-każ lill-pulizija u issa dan qed jiġi investigat. 

L-MCAST qal ta l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-membru tal-istaff, u għaddejjin proċeduri dixxiplinarji dwar il-każ. 

Filwaqt li kkundanna bil-qawwa kull forma ta’ vjolenza u jqis azzjonijiet bħal dawn bħala ksur intollerabbli tad-dinjità tal-impjegati u l-istudenti, il-Kulleġġ sostna li ma jittollerax, u mhux se jittollera l-vjolenza kontra xi membru tiegħu. 

Għalhekk, il-Kulleġġ qed jieħdu pożizzjoni soda kontra aġir inaċċettabbli bħal dan u l-użu ta’ vjolenza, li jista’ jirriżulta f’sospensjoni immedjata u anki tkeċċija mill-Kulleġġ.

Ekonomija

Sport