Friday, December 20, 2024

Hyzler jgħaddi mill-ewwel stadju biex jinħatar fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Aqra wkoll

L-Avukat George Hyzler ġie approvat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Budget fil-Parlament Ewropew, biex ikun membru fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-Avukat Hyzler għadda mill-ewwel stadju ta’ proċess, li se jkun qiegħed jirrikjedi li jiġi approvat mill-plenarja tal-Parlament Ewropew.

Hyzler mistenni jieħu post Leo Brincat hekk kif il-mandat ta’ dan tal-aħħar se jkun qiegħed jintemm f’Settembru li ġej.

Intant fi stqarrija l-Gvern Malti feraħ lil George Hyzler tar-riżultat miksub fis-smigħ.

Ekonomija

Sport