Saturday, May 18, 2024

Jingħata bidu għad-29 International Easter Meet organizzata mill-ASA

Aqra wkoll

Illum fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq ingħataw bidu għall-ewwel sessjonijiet tad-29 International Easter Meet, mtella’ mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta.

Il-bonanza tal-għawm mifruxa fuqq tlett ijiem se tkompli fil-format tas-soltu li tospita Heats filgħodu u l-Finali wara nofsinhar.

Id-29 International Easter Meet, li hija avveniment uffiċjali ta’ kwalifikazzjoni tal-FINA, li se tara 265 atleta li jirrappreżentaw ħdax-il Club jikkompetu f’76 avveniment.

Fl-ewwel jum ta’ kompetizzjoni, Thomas Wareing stabbilixxa rekord nazzjonali ġdid fil-200m Medley. Il-ħin tiegħu ta’ 2:07.95 għeleb ir-rekord preċedenti ta’ 2:08.34 hu stess stabbilixxa fl-2021 fl-Ungerija.

Sadanittant ġew stabbiliti wkoll numru ta’ rekords tal-Easter Meet minn Matthew Satariano stabbilixxa Easter Meet Group C Record fil-100m freestyle, li għamel ħin ta’ 55.75. Fl-avveniment tat-800m freestyle Alexsandar Savic għamel ħin ta’ 8:26.50, filwaqt li Sasha Gatt għamel ħin ta’ 9:02.22

It-tieni jum ta’ kompetizzjoni se jibda l-Ġimgħa filgħodu fid-0900hrs.

Riżultati Uffiċjali jistgħu jitniżżlu minn din il-link – https://live.swimrankings.net/33086/#

Aktar informazzjoni dwar l-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta – www.asaofmalta.eu

Sport