Saturday, May 4, 2024

Qbil dwar ir-regolamenti li se jwasslu għall-elezzjoni tal-Kap tal-PN

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista ntqal li f’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-partit miżmuma aktar kmieni llejla, b’mod unanimu ġew maqbula r-regolamenti li se jwasslu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, kif stabbilit mill-istatut tal-Partit wara telfa ta’ elezzjoni ġenerali.

Il-proċess jibda nhar il-Ħadd li ġej bl-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali li se ssir fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

L-ewwel sessjoni se tkun indirizzata mill-President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut, iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista Peter Fenech, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Il-proċess imbagħad ikompli billi tiftaħ is-sejħa għall-espressjoni ta’ interess minn dawk interessati.

Sport