Friday, December 27, 2024

Ibburdjar: Artie III jirbaħ l-RMYC Fully Crewed Figure of Eight Race madwar Malta

Aqra wkoll

It-tellieqa Fully Crewed Figure of Eight madwar Malta, ospitata mir-Royal Malta Yacht Club nhar is-Sibt, kienet l-aħħar tiġrija li ġiet ospitata mill-Club qabel il-bidu tar-Rolex Middle Sea Race, li saret f’Ottubru.

It-tiġrija rat attendenza tajba minn dgħajjes Maltin li qed jippjanaw jieħdu sehem fir-Rolex Middle Sea Race ix-xahar id-dieħel, u li jqisu din it-tiġrija bħala tħejjija tajba.

L-Uffiċjal tat-Tellieqa Martin Azzopardi bagħat lill-flotta fuq korsa lejn in-nofsinhar ta’ Malta, b’direzzjoni lejn il-Munxar, Bengħajsa, u korsa ħielsa lejn it-tramuntana sal-fliegu ta’Kemmuna, qabel mal flotta spiċċat lura lejn il-Royal Malta Yacht Club.

Hekk kif il-Flotta bdiet fuq il-korsa ta’ madwar 62 mil nawtiku, il-jott at’ Paul Debono Bait, u l jott l-Calypso tal-familja Ripard ħarġu flimkien mill-port. Artie III ta’ Lee Satariano ħa rotta kemxejn differenti li rriżultat li l-HH42 jsib postu fuq quddiem għat-tul tat-tellieqa.

Bidu kemm xejn batut mill-jott ta’ Jonathan Camilleri Bowman, Maltese Falcon II rahom lejn l-aħħar tarf tal-flotta, iżda ma tantx damu f’din il-posiżżjoni hekk kif resqu l-quddiem. Minn hemm ‘il quddiem il-Beneteau First 40.7 kien impenjat b’battalja kontinwa mal-J99 Calypso. Bi ftit minuti biss jifred iż-żewġ jottijiet,  iż-żewġ ekwipaġġi baqgħu jippruvaw jiksbu kemm jista’ l-aħjar posizzjoni għar-riħ.

Hekk kif il-flotta resqet lejn il-fliegu ta’Kemmuna, Artie kien għadu ferm fuq quddiem Warajhom kien hemm Maltese Falcon II, b’madwar ħmistax-il minuta qabel Calypso. Dawn il-pożizzjonijiet baqgħu ma nbidlux sat-tmiem fir-Royal Malta Yacht Club.

Artie III kienet l-ewwel dgħajsa li qasmet il-linja finali u ġiet iddikjarata rebbieħa fil-ħin korret tal-IRC.  Filwaqt li l-Maltese Falcon II spiċċa qabel Calypso, daħlu fis-seħħ il-klassifikazzjonijiet IRC li rriżultaw f’Calypso għadda lil Falcon għat-tieni post. Fil-Klassi Cruising tal-IRC, Inspiration ta’ Godwin Zammit ħarġet bħala r-rebbieħa tal-Klassi.

Il-Premjijiet lir-rebbieħa ingħataw waqt attività fir-Royal Malta Yacht Club. Il-Klabb irringrazzja lill-voluntiera kollha li taw għajnuna imprezzabbli tul l-avveniment.

Riżultati Ġenerali

 1stArtie III (Lee Satariano)
2ndCalypso (Sebastian Ripard)
3rdMaltese Falcon II (Jonathan Camilleri Bowman)

IRC Class 2

 1stCalypso (Sebastian Ripard)
2ndMaltese Falcon II (Jonathan Camilleri Bowman)
3rdJYS Jan (Patrice Pace)

IRC Cruisers

 1stInspiration (Godwin Zammit) 
Ekonomija

Sport