Wednesday, April 24, 2024

Kummentatur taċ-chess jitkeċċa wara li qal li ċ-chess “forsi mhux għan-nisa”

Aqra wkoll

Kummentatur taċ-chess ġie mkeċċi mill-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Chess wara li għadda kummenti sessisti. 

Il-każ seħħ meta Ilya Smirin kien qiegħed jikkummenta live fuq it-televiżjoni waqt id-disa’ rawnd tal-Women’s Grand Prix li kien qiegħed isir nhar it-Tlieta li għaddiet. 

Simirin, li huwa grandmaster tal-logħba minn Iżrael, ammetta li waqt li kien qed jikkummenta qal l-logħba taċ-chess “forsi mhix għan-nisa” – kif ukoll deher ifaħħar lin-nisa li kienu qed jilagħbu għax kienu “qed jilagħbu bħall-irġiel”. 

F’kummenti li ta lil BBC huwa qal li b’dak li qal ma ried iweġġa’ ħadd u qal li hu għandu rispett kbir kemm lejn iċ-chess u anke lejn in-nisa. Smirin – li għal żmien kien wieħed mill-aqwa 20 plejer fid-dinja taċ-chess – kien qiegħed jagħmel id-debutt tiegħu bħala kummentatur bil-lingwa Ingliża ġewwa Astana fil-Kazakhstan. 

Sport