Friday, May 10, 2024

Ibburdjar: Seba’ Dgħajjes Maltin ser jtellqu fl-Eqdem Tellieqa tal-Mediterran, is-Syracuse-Malta Race

Aqra wkoll

Seba’ jottijiet Maltin ser jingħaqdu ma’ flotta ta’ aktar minn għoxrin jott li ser jkunu qedin jikkompetu fit-tġrija bejn Siracusa – Malta f’tarf din il-ġimgħa. It-tellieqa li qed tiċċelebra t-63 sena tagħha, hija l-eqdem tiġrija offshore fil-Mediterran.

It-tellieqa ta’ 110 mil nawtiku kienet idejata minn John Illingworth, baħri famuż fin-Navy Brittanika. Isem din it-tellieqa inkitbet fl-istorja tal-ibburdjar fil-Mediterran.

Organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa), it-tiġrija tilqa’ dgħajjes mill-Italja u minn Malta, f’dak li hu ambjent kompetittiv ħafna.  Bil-bidu li jalterna kull sena, din is-sena l-flotta ser titlaq minn Sirakuża u tispiċċa Malta.

Il-flotta Maltija hija waħda b’saħħitha. Fost id-dgħajjes li qed jieħdu sehem hemm Artie III ta’ Lee Satariano li stabbilixxa r-rekord attwali tal-korsa li issa huwa ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, ħamsin minuta u erbgħin sekonda. Minjekka li r-rebbieħ tal-Klassi IRC tas-sena l-oħra Maltese Falcon II ġie mibjugħ lil sidien barranin, l-ekwipaġġ tiegħu xorta se jkun qed jikkompeti, fejndin is-sena jngħaqad ma’ Horst Huelsey fuq Be Free.

Id-dgħajjes l-oħra Maltin li jingħaqdu mal-flotta huma Calypso tal-familja Ripard, Corona ta’ Luis Azzopardi u Sara Baldwin, Dimm ta’ Kevin Pisani Zammit, Pep ta’ Mark Camilleri u Ton Ton Laferla Insurance ta’ Jonathan Gambin.

Ir-rebbieħ tal-Klassi ORC, tas-sena l-oħra, l-jott Domenguin, ta’ Davide Momigliano, jidher fil-lista tal-flotta ta’ din is-sena, bla dubju jipprova jerġa jniżżel ismu fuq it-trofew.

Il-flotta ser titlaq minn Sirakuza, nhar is-Sibt li ġej. It-tellieqa tispiċċa fir-Royal Malta Yacht Club, fejn il-Ħadd filgħaxija se ssir ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet.

Sport