Iben il-Prim Ministru tal-Fiji Frank Bainimarama ġie akkużat b’sensiela ta’ reati relatati mal-vjolenza domestika fl-Awstralja.
Ratu Meli Bainimarama ta’ 36 sena qed jaffaċċja 17-il akkuża fosthom ta’ insegwiment u li ħebb għal persuni fost oħrajn.
Huwa akkużat ukoll li għamel ħsara fil-proprjetà u li xerred ritratti intimi mingħajr kunsens.
Ir-reati allegatament seħħew f’Sydney bejn Frar u Mejju, iżda s-Sur Bainimarama ġie arrestat il-ġimgħa li għaddiet wara rapport li sar lill-pulizija aktar kmieni dan ix-xahar.
L-Avukat tiegħu kien applika b’suċċess għal ordni ta’ soppressjoni fuq il-każ fi tmiem il-ġimgħa. Huwa kien argumenta li kien hemm riskju li ma titħalliex fil-Qorti tiġi ppubblikata u tkun ippreġudikata l-ġurija.
Iżda maġistrat neħħa l-ordni l-Ġimgħa filgħodu, fejn qal li ma kien hemm xejn straordinarju dwar il-każ li jiġġustifika s-segretezza.
Bainimarama ingħata l-libertà proviżorja u l-każ mistenni jkompli fit-13 ta’ Ottubru.