Monday, April 29, 2024

“Ibqa’ d-dar jew niżfnu bik” – Il-memes b’messaġġ kontra t-tixrid tal-Covid-19 oriġinaw mill-Għana

Aqra wkoll

Il-pandemija tal-Covid-19 wasslet għal diversi restrizzjonijiet u minħabba numru ta’ miżuri, divers ekonomiji spiċċaw staġnaw. 

Diversi gvernijiet madwar id-dinja għalqu l-fruntieri, ipprojbixxew lin-nies milli jiltaqgħu fi gruppi, oħrajn għażlu li jmorru għal lockdown u ordnaw lill-poplu biex jibqa’ d-dar bil-għan li jnaqqsu t-tixrid tal-Covid-19.

Intant f’din is-sitwazzjoni bosta spiċċaw jaraw kif se jgħaddu l-ħin. Fuq l-internet spikkaw diversi memes bi twissija umoristika ta’ x’jista’ jiġrilek jekk ma tosservax il-miżuri u r-restrizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Eluf ta’ persuni midħla tal-midja soċjali għażlu li jgħaddu l-ħin billi jużaw tradizzjoni fil-Għana biex iwasslu l-messaġġ “jew ibqa’ d-dar jew niżfnu bik”. 

Il-filmat oriġinal kien intervista tal-ġurnalist tal-BBC Sulley Lansah fejn fih kien tkellem ma’ dawn ir-reffiegħa li jibdlu l-ġarr tat-tebut f’esebizzjoni għal dawk li jattendu għall-aħħar tislima.

Il-ġurnalist tal-BBC fl-Afrika kien kiteb kif permezz ta’ din iċ-ċelebrazzjoni,  inħolqu aktar impjiegi u tnaqqset il-problema tal-qgħad fil-pajjiż.

Waħda mill-klijenti ta’ dawn ir-reffiegħa kienet qalet li kif skopriet dwar dawn ir-reffiegħa, għoġbitha l-idea u għażlet li l-aħħar vjaġġ ta’ ommha jkun bi stil u movimentat.

Sport