Friday, November 15, 2024

“Ibqa’ ħu ħsieb ‘l ibnek minn hemm fuq… it-tbissima tiegħek għenet ħafna żgħażagħ”

Aqra wkoll

Ir-raġel li sfortunatament tilef ħajtu f’inċident li seħħ aktar kmieni fir-residenza tiegħu stess fiż-Żejtun ġie identifikat bħala Shawn Curmi

Fost il-ħafna persuni li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero kif ukoll il-klabb ta’ Żejtun Corinthians FC li kkonfermaw l-imħabba ta’ Curmi għal dan l-isports kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali. Dilettanti tal-muturi wkoll fakkru l-imħabba li l-vittma kellu għall-mutur. Diversi oħrajn fakkru t-tbissima tiegħu l-imħabba bla qies li kellu għal ibnu. 

“Nafek żgħir, ta’ ftit kliem imma qalbek tad-deheb. Il-ġimgħa l-oħra kont għaddejja minn quddiemek u sellimtli bħal dejjem”, kien jgħid kumment partikolari.

Curmi kien ukoll infermier fl-Isptar Monte Carmeli u hawnhekk jidher li ħalla effett pożittiv fuq diversi persuni fosthom żgħażagħ li kien jara kif jgħinhom bl-aħjar mod li kien jaf bit-tama li jarahom jagħmlu progress f’ħajjithom.

Curmi kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fit-taraġ tar-residenza tiegħu fi triq id-Dejma fiż-Żejtun meta għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari.

Ekonomija

Sport