Saturday, December 14, 2024

Iċ-Ċek Michal Sadilek se jitlef il-Euro 2024 wara inċident

Aqra wkoll

Il-midfielder tar-Repubblika Ċeka, Michal Sadilek, ġie mġiegħel jirtira mill-Euro 2024 wara li weġġa’ siequ wara li waqa’ minn fuq ir-rota.

Sadilek, li jilgħab mat-team Olandiż ta’ Twente Enschede u deher fl-aħħar Euros, kien ukoll il-captain ta’ pajjiżu fir-rebħa ta’ ħbiberija kbira ta’ 7-1 tas-Sibt li għadda fl-Awstrija kontra Malta.

Il-coach Ivan Hasek qal li t-telfa ta’ dan il-player ta’ 25 sena, li lagħab 24 darba għal pajjiżu, hija “daqqa ta’ ħarta kbira”.

“Sadilek sfortunatament waqa’ waqt li kien qed isuq ir-rota tiegħu u sofra ġrieħi f’siequ,” qal kelliem għar-Repubblika Ċeka nhar il-Ħadd.

Ir-Repubblika Ċeka jiftħu l-kampanja tagħhom tal-Euro kontra l-Portugall, nhar it-Tlieta, 18 ta’ Ġunju. Huma se jiffaċċjaw ukoll lit-Turkija u Georgia fi Grupp F.

Fil-Euro 2020 li saru fis-sena ta’ wara ċ-Ċeki kienu ġew eliminati mid-Danimarka fil-kwarti-finali.

Ekonomija

Sport