Wednesday, July 24, 2024

Juventus iridu lil Teun Koopmei­ners

Aqra wkoll

Juventus għadhom qed jaħdmu biex jilħqu ftehim ma’ Atalanta għal Teun Koopmei­ners u huma lesti li jinkludu t-tielet player biex jgħinhom jnaqqsu l-ispiża.

Il-Bianconeri ilhom li identifikaw lill-midfielder Olandiż ta’ 26 sena bħala wieħed mill-miri ewlenin tagħhom qabel is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, u jemmnu li huwa perfett għall-proġett il-ġdid ta’ Thiago Motta fil-kapitali ta’ Piemonte.

Juventus ilhom għal xi żmien f’taħditiet ma’ Atalanta u diġà offrew lil Dean Huijsen u Samuel Iling-Junior f’tentattiv li jnaqqsu l-ispejjeż fi flus kontanti ta’ ftehim, iżda għadhom ‘il bogħod mill-istima ta’ €60-€70 miljun tal-club ta’ Bergamo, u għalhekk jisfurzawhom ibiddlu ftit il-pjani tagħhom.

Il-media Taljana qed issostni li Juventus issa huma lesti li jinkludu t-tielet player fi ftehim possibbli ma’ Atalanta għal Koopmeiners, tant li huma miftuħa biex jibagħtu lil Moise Kean f’Bergamo flimkien ma’ Huij­sen u Iling-Junior.

Il-coach ta’ La Dea, Gian Piero Gasperini, huwa partitarju tal-attakkant Taljan, li jkun lest li jħalli Turin biex jilgħab il-football taċ-Champions League x’imkien ieħor.

Koopmeiners diġà jinsab lest biex imur ma’ Juventus, wara li ftiehem kuntratt li jiswa madwar €4 miljun nett kull staġun flim­kien ma’ żidiet oħra.

Ekonomija

Sport