Wednesday, July 24, 2024

Il-PM Daniża mnikkta iżda f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba wara li ġiet aggredita f’Copenhagen

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tad-Danimarka Mette Fredericksen qalet li tinsab imnikkta iżda f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba wara li kienet attakkata f’Copenhagen. Huwa mifhum li Frederiksen ġiet aggredita minn raġel li mar jiġri għal fuqha l-Ġimgħa filgħaxija.


B’rabta ma’ dan il-każ ġie arrestat Pollakk ta’ 39 sena li tressaq fil-Qorti ta’ Frederiksberg is-Sibt u ġie akkużat li uża vjolenza kontra persuna fis-servizz pubbliky.

Skont ma ġie rrapportat huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat. L-uffiċċju tal-PM tad-Danimarka qal li Fredericksen kellha tittieħed l-isptar għall-kura wara dan l-inċident, bl-iskeda tagħha tas-Sibt ġiet imħassra.

F’messaġġ li kitbet fuq Instagram fi tmiem il-ġimgħa, hija rringrazzjat lil dawk kollha li wrew solidarjetà magħha u tawha appoġġ kbir f’dan il-mument. Hija qalet li bħalissa għandha ftit bżonn ftit ħin ta’ mistrieħ u li tkun mal-familja tagħha.

Is-Sinjura Frederiksen, li għandha 46, sena hija mexxejja tas-Soċjal-Demokratiċi tad-Danimarka, l-akbar partit fil-gvern ta’ koalizzjoni tal-pajjiż. Hija saret Prim Ministru fl-2019 wara li laħqet mexxej tal-partit ċentru xellugi erba’ snin qabel. Dan jagħmilha l-iżgħar Prim Ministru fl-istorja Daniża.

Il-mexxejja Ewropej ikkundannaw l-inċident, li seħħ jumejn qabel id-Daniżi kellhom jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej tal-Ħadd.

Ekonomija

Sport