Membri tal-Familja Rjali se jattendu ċ-ċelebrazzjonijiet li qegħdin jimmarkaw is-70 sena tar-Reġina Eliżabetta fuq it-tron. Minkejja dan, ir-Reġina se tkun qiegħda titlef it-tieni attività li qiegħda tiġi organizzata fi tmiem il-ġimgħa.
Komunikat mill-palazz tar-reġina kkonferma li hija mhix se tattendi għall-Epsom Derby u minflok se taraha fuq it-televiżjoni minn Windsor.
It-tielet jum taċ-ċelebrazzjonijiet se jfakkar lill-Prinċep ta’ Wales u d-Duka ta’ Cambridge f’kunċert fil-miftuħ is-Sibt filgħaxija.
William se jżur ukoll Cardiff, filwaqt li l-Prinċep Edward jinsab fl-Irlanda ta’ Fuq.
Ir-Reġina ilha tesperjenza problemi ta’ mobilità f’dawn l-aħħar xhur u l-palazz kien wissa’ minn qabel li l-monarka kienet se tikkunsidra għal liema avvenimenti tal-Ġublew kienet tħossha li tista’ tattendi.
L-anzjana ta’ 96 sena ddeċidiet li ma tattendix għall-avveniment organizzat ilbieraħ wara li esperjenza “skumdità” waqt dak tal-Ħamis.
Hija kellha tattendi għat-tiġrija taż-żwiemel tas-Sibt iżda minflok jidher li se tkun bintha, il-Prinċipessa Rjali li tirrappreżenta uffiċjalment lill-monarka.