Wednesday, April 24, 2024

Jagħlaq 100 jum iċ-ċkejken li ma jafx ħajja oħra għajr il-gwerra

Omm Ukrena tibqa' grata li rnexxielha twelled it-tarbija tagħha waqt l-invażjoni Russa

Aqra wkoll

Għadhom kemm għaddew l-ewwel 100 jum tal-invażjoni fl-Ukrajna. Ftit inqas għandu ċ-ċkejken Fedir li twieled fit-tieni jum ta’ din l-invażjoni proprju fil-25 ta’ Frar li għadda.

F’intervista ma’ BBC, ommu tispjega ċ-ċirkostanzi li kellha twelled fihom waqt li ngħatat assistenza biex twelled waqt li kienet madwar 50 persuna oħra tistkenn fi sptar taħt l-art.

L-omm Victoria spjegat li l-Ukrajna huwa pajjiż ta’ nies twajbin li x’aktarx dawn il-bumbardamenti huma parti mill-ħlas li se jkollhom iħallsu biex iżommu dan il-legat għat-tfal li għadhom tilgħin.

“Dejjem nipprova ngħidlu biex ikun grat lejn in-nies ta’ dan il-pajjiż u jipprova jżomm l-ispirtu Ukren fih”, spjegat l-omm waqt li sostniet li ċ-ċkejken ma jafx ħajja oħra għajr dik ta’ attakki, splużjonijiet u dak kollu li ġġib magħha l-gwerra.

Sport