Friday, April 26, 2024

Iweġġa’ gravi fi splużjoni kkawżata minn ċilidru tal-gass fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq l-Ordinanza fil-Belt Valletta.

Minn investigazzjonijiet li saru irriżulta li fil-kċina tal-istabbiliment kienet seħħet splużjoni minħabba ċilindru tal-gass. 

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza b’tim mediku mill-Isptar Mater Dei. 

Raġel ta’ 44 sena residenti l-Belt Valletta sofra ġrieħi kawża tal-isplużjoni u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport