Saturday, May 4, 2024

Iċ-ċentru tas-saħħa Ċensu Moran mistenni jiftaħ fl-2024

Se tiġi inawgurata l-iżjed magna avvanzata għat-trattament tal-kanċer

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-bidu tad-diskors tiegħu, id-Deputat Prim Ministru rrimarka li Malta għandha waħda mill-aqwa sistemi tas-saħħa fid-dinja. Dan grazzi għall-impenn u d-dedikazzjoni tal-professjonisti u l-ħaddiema f’dan is-settur, li ħafna drabi jagħtu aktar milli wieħed jistenna minnhom.

Fearne spjega li l-budget għas-sena d-dieħla fil-qasam tas-saħħa se jerġa’ jkun wieħed rekord, b’total ta’ €1.1 biljun. Huwa semma kif ftit tal-jiem oħra, se jinfetaħ iċ-ċentru tas-saħħa ġdid fir-Rabat, Għawdex, filwaqt li x-xahar id-dieħel se jinfetaħ iċ-ċentru komunitarju tal-Qala li se joffri servizz mhux biss ta’ tabib u infermiera imma wkoll servizz tal-oftalmoloġija. 

Is-sena d-dieħla se jkunu qegħdin jinfetħu minn tal-inqas seba’ ċentri tas-saħħa oħra fl-ibliet u l-irħula Maltin – fis-Siġġiewi, f’Birżebbuġa, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Burmarrad, Pembroke u Ħaż-Żebbuġ.

Se tiġi inawgurata l-iżjed magna avvanzata għat-trattament tal-kanċer

Dwar iċ-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran f’Raħal Ġdid, id-Deputat Prim Ministru qal li x-xogħol fuq dan iċ-ċentru miexi ġmielu tant li huwa mistenni li jiġi inawgurat matul is-sena d-dieħla. 

Huwa qal ukoll li fl-2024, il-Gvern se jinawgura l-MR LINAC, l-iżjed magna avvanzata għat-trattament tal-kanċer. “Għaddejjin bit-testijiet biex fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla nibdew noffru l-aktar trattament preċiż li wieħed jista’ jieħu għat-tratament tal-kanċer,” qal Fearne.

Biswit Mater Dei, miexi x-xogħol fuq il-Blood and Tissue Unit – binja li permezz tagħha se jkun hemm qabża fil-kwalità fil-prodotti tad-demm u tessuti oħra. Huwa maħsub li din il-binja tiftaħ fl-2025.

Id-Deputat Prim Ministru qal ukoll li dan il-Gvern qed jagħti prijorità lill-qasam tas-saħħa mentali. Qal li f’dan ir-rigward, baqgħu jiżdiedu s-servizzi fil-komunità u dawn is-servizzi mistennija li jibqgħu jiżdiedu fiż-żmien li ġej. 

Sport