Saturday, December 21, 2024

Iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux mistenni jibqa’ obbligatorju fl-Ingilterra

Aqra wkoll

L-Ingilterra mistennija tneħħi l-użu tal-obbligu taċ-ċertifikat tal-vaċċin dan ix-xahar hekk kif il-każijiet tal-Omicron qed ikomplu jonqsu.

Is-Segretarju tas-Saħħa Sajid Javid qal lill-Membri Parlamentari li jaqbel li ċ-ċertifikati joħolqu ċertu skumdità u ta x’jifhem li dan mistenni ma jibqax obbligatorju. Il-ministri esprimew ix-xewqa li jitneħħa wkoll il-kunċett tax-xogħol remot meta jerġa’ jsir assessjar tal-miżuri attwali li mistennija li jsiru fis-26 ta’ Jannar.

F’dawn l-aħħar tmient ijiem kien hemm dejjem tnaqqis fil-każijiet tal-Covid tant li f’ġimgħa dawn naqsu b’40% hekk kif il-Ħamis ġew irreġistrati 109,133 każijiet ġodda. 

Javid rrikonoxxa li l-isptarijiet madwar il-pajjiż għadhom qed jiffaċċjaw “pressjoni sinifikanti”, iżda qal li huwa inkoraġġanti li ma kienx hemm żieda fin-numru ta’ pazjenti bil-Covid-19 li kellhom bżonn jidħlu fit-taqsima tal-kura intensiva, u li r-rata ta’ persuni li jeħtieġ li jidħlu fl-isptar tidher li qed tonqos.

Fil-preżent, persuni fl-Ingilterra jridu juru prova li huma mlaqqmin jew jipprovdu test negattiv biex jipparteċipaw f’avveniment kbar.

Rapporti qalu li probabilment l-unika restrizzjoni li se tibqa’ fis-seħħ wara r-reviżjoni tal-miżuri hija l-użu tal-maskra f’postijiet fuq ġewwa. 

Ekonomija

Sport