Wednesday, December 25, 2024

Iċ-Ċilì se jkollu jirrazzjona l-ilma minħabba 13-il sena ta’ nixfa

Aqra wkoll

Iċ-Ċilì ilu għal dawn l-aħħar 13-il sena jesperjenza nixfa kbira u din qiegħda toħloq problemi kbar fil-pajjiż tant li l-gvern ġie kostrett li jirrazzjona l-ilma fil-kapitali Santiago, belt li fiha hemm joqogħdu sitt miljun resident. 

Il-gvernatur ta’ Santiago Claudio Orrego meta kien qiegħed jitkellem mal-midja qal li, “belt ma tistax tgħix mingħajr ilma… ninsabu f’sitwazzjoni bla preċedent fl-istorja ta’ 491 sena ta’ din il-belt fejn irridu nippreparaw għall-eventwalità li ma jkunx hemm ilma biżżejjed għal dawk kollha li joqogħdu hawn.”

Il-pjan propost se jkun imqassam f’erba’ livelli fejn għall-ewwel jibdew isiru appelli lin-nies u jekk is-sitwazzjoni tkompli tiggrava tibda titnaqqas il-pressa tal-ilma. Jekk imbagħad is-sitwazzjoni tilħaq livelli kritiċi tidħol fis-seħħ sistema ta’ rotazzjoni fejn il-provvista tal-ilma tinqata’ għal 24 siegħa lil gruppi ta’ 1.7 miljun utent f’jiem differenti. 

Ekonomija

Sport