Sunday, December 22, 2024

Iċ-Ċina ser tneħħi l-kwarantina tal-Covid għall-vjaġġaturi f’Jannar

Aqra wkoll

Mit-8 ta’ Jannar li ġej, iċ-Ċina se tkun qiegħda tneħħi l-kwarantina għall-vjaġġaturi. Dan tħabbar minn uffiċjali, li enfasizzaw l-aħħar bidla li se ssir fil-pajjiż mill-politika ta’ ‘zero Covid’.

Hekk kif il-fruntieri ilhom magħluqin għal dawn l-aħħar tliet snin, il-pajjiż se jkun effettivament jiftaħ għal dawk kollha li għandhom visa minħabba xogħol u studju u dawk li ser ikunu sejrin jaraw lil tal-familja.

Minkejja dan, iċ-Ċina se tkompli tissielet mat-tixrid kbir tal-virus. Dan hekk kif rapporti qed jgħidu li l-isptarijiet qed jaffaċċjaw ħafna sitwazzjonijiet u diversi anzjani qegħdin imutu.

Beijing kien irrapporta madwar 4,000 infezzjoni ġdida ta’ Covid kuljum il-ġimgħa li għaddiet u l-pajjiż esperjenza wkoll l-imwiet.

It-Tnejn, il-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa ħabbret li dan kollu se jkun qiegħed jidħol fis-seħħ mit-8 ta’ Jannar.  

Dan kien ifisser li l-kwarantina se titneħħa. Minkejja dan, l-ivjaġġaturi li deħlin xorta se jkollhom bżonn jagħmlu test tal-PCR. Minbarra hekk mhux se jkun hemm iktar limitu ta’ titjiriet kuljum li huma permessi fiċ-Ċina. 

Ekonomija

Sport