Thursday, April 18, 2024

Żewġ sewwieqa jweġġgħu gravi f’inċidenti tat-traffiku separati fil-Marsa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa/Ħamrun bypass.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 26 sena residenti l-Marsa li kien qed isuq mutur Surron LightBee sofra xi ġrieħi meta kien involut f’inċident ma’ Daihatsu Mira misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u ma’ Peugeot Expert misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti tas-Sliema.

Fil-post issejjaħ tim mediku fejn is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna sakemm aktar tard huwa seta’ jittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Huwa ġrieħi gravi.

Sewwieq ieħor ta’ mutur, għall-ħabta tan-12:30 p.m. kellu jiddaħħal l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ieħor fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 51 sena residenti x-Xagħajra li kien qed isuq mutur Kymco ġarrab xi ġrieħi f’inċident ma’ Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Tim mediku assista lis-sewwieq tal-mutur fejn ingħata l-ewwel għajnuna sakemm aktar tard huwa seta’ jittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Huwa ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dawn l-inċidenti għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport