Il-gwerra tat-tariffi bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina kompliet għaddejja hekk kif fl-aħħar sigħat il-Gvern Ċiniż iddeċieda li jingħat lura 50 ajruplan Boeing li kienet ordnat lura lejn l-Istati Uniti.
Il-kumpanija Boeing qalet li minħabba li l-Ammnistrazzjoni Trump żidiet it-tariffi fuq iċ-Ċina, il-Gvern Ċiniż iddeċieda li bħala ritaljazzjoni jingħat lura l-50 ajruplan li tnejn minnhom diġà waslu fl-Istati Uniti. Boeing qalet li se tipprova tbiegħ dawn l-ajruplani lil linji tal-ajru oħrajn.