Sunday, October 27, 2024

Iċ-Ċina tipposponi r-rilaxx tal-aħħar ċifri tat-tkabbir ekonomiku tagħha

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iċ-Ċina ttardjat ir-rilaxx tal-aħħar ċifri tat-tkabbir ekonomiku tagħha, li kellhom jiġu ppubblikati hekk kif qed jitlaqqa’ l-Kungress tal-Partit Komunista f’Beijing. Il-President Xi Jinping mistenni jiġi kkonfermat għat-tielet mandat storiku. 

L-Ufiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NBS) ma ta l-ebda raġuni għal dan id-dewmien. Id-deċiżjoni ġiet deskritta bħala “rari ħafna” mill-esperti u hija meqjusa minn xi wħud bħala sinjal ta’ aktar dgħufija fit-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja.

Madankollu, Zhao Chenxin, deputat Kap tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi taċ-Ċina, qal matul il-ġurnata tat-Tnejn li l-ekonomija tal-pajjiż “irrankat b’mod sinjfikani fit-tielet kwart tas-sena.” 

“il-prestazzjoni ekonomika taċ-Ċina globalment tibqa’ wkoll b’saħħitha. Il-prezzijiet tal-konsumatur żdiedu b’mod modest, b’kuntrast qawwi mal-inflazzjoni globali għolja u l-impjiegi baqgħu ġeneralment stabbli,” huwa qal f’konferenza tal-aħbarijiet. 

Skont kalendarju aġġornat tal-NBS, il-pubblikazzjoni ta’ bosta indikaturi ekonomiċi ewlenin, inkluż il-Prodott Gross Domestiku (PGD) tat-tielet kwart, kienet qiegħda tiġi “posposta” u li data ġdida għar-rilaxx taċ-ċifri għad trid tiġi skedata.

Sport