Friday, November 22, 2024

Iċ-Ċina tista’ tkun medjatur għall-paċi fil-gwerra bejn Iżrael u l-Ħamas

Aqra wkoll

Waqt li l-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Ħamas qed ikompli jintensifika, feġġ żvilupp ġdid għalkemm jidher improbabbli, dak li ċ-Ċina tagħmilha ta’ medjatur għall-paċi f’din il-gwerra. Madankollu, hemm limiti għal dak li jista’ jikseb.

L-ogħla diplomatiku taċ-Ċina, Wang Yi, fil-fatt iddiskuta l-kunflitt tal-Lvant Nofsani ma’ uffiċjali tal-gvern Amerikan fi tmiem il-ġimgħa fost il-biża’ li din il-gwerra tespani aktar u tinbidel f’waħda reġjonali. L-Istati Uniti wegġdet li taħdem maċ-Ċina biex tipprova ssib riżoluzzjoni għal kunflitt.

Wang Yi tkellem ukoll ma uffiċjali għolja Iżraeljani u Palestinjani wara li l-mibgħut speċjali taċ-Ċina fil-Lvant Nofsani Zhai Jun mar lejn ir-reġjun biex jiltaqa’ mal-mexxejja Għarab. Zhai Jun kien wieħed fost l-aktar proponenti voċiferi fil-laqgħat tan-Nazzjonijiet Uniti favur waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Ħamas.

Skont il-Financial Times, teżisti t-tama li ċ-Ċina tista’ tisfrutta r-relazzjoni mill-qrib li għandha mal-Iran, li jappoġġja kemm lill-Ħamas f’Gaża u lill-Hezbollah fil-Libanu, biex titnaqqas it-tensjini tas-sitwazzjoni. Uffiċjali Amerikani apparentement ippressaw  lil Wang Yi biex mal-Iranjani jħeġġeġ il-kalma.

Iċ-Ċina hija l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Iran, u aktar kmieni din is-sena Beijing ikkomunika distenzjoni rari bejn l-Iran u l-Għarabja Sawdija. Min-naħa tiegħu, l-Iran lest li jsaħħaħ il-komunikazzjoni tiegħu maċ-Ċina dwar soluzzjoni għas-sitwazzjoni f’Gaża.

Il-fatt li l-gvern Ċniż kellu relazzjoni relattivament bilanċjata mal-atturi kollha fil-kunflitt fil-lvant Nofsani, dan l-element jista’ jkun pperċepitat bħala opportunita li ċ-Ċina tista hi tkun sensar onest għal paċi f’dan il-kunflitt, qalet Dawn Murphy, professur assoċjat dwar il-politika barranija Ċniża.

B’mod partikolari, iċ-Ċina għandha relazzjonijiet pożittivi mal-Palestinjani, l-Għarab, it-Turkija u l-Iran. Flimkien ma dan, u billi l-Istati Uniti għandha relazzjonijiet tajbin mal-Iżrael, dawn il-fatturi jistgħu jwasslu biex iġibu flimkien fuq l-istess mejda tad-diskussjoni lil dawk kollha involuti fil-kunflitt.

Iżda bosta osservaturi jindikaw li ċ-Ċina mhix attur serju dwar din il-kwistjoni u ħadd mill-ħafna min-nies madwar ir-reġjun ma jistenna li ċ-Ċina tikkontribwixxi għas-sejbien tal-paċi f’dan il-kunflitt.

Sport