Friday, December 13, 2024

Iċ-Ċina tpoġġi 13-il miljun persuna fi kwarantina fil-belt ta’ Xi’an

Aqra wkoll

Madwar 13-il miljun persuna f’Xi’an, waħda mill-ikbar bliet ġewwa ċ-Ċina, spiċċaw taħt lockdown strett bil-għan li jitwaqqaf it-tixrid tal-Covid-19. Fil-pre­żent iċ-Ċina tinsab għaddejja b’ħidma intensiva biex tnaqqas kemm jista’ jkun in-numru ta’ każi ta’ Covid-19 u dan hekk kif fi żmien sitt ġimgħat oħra dan il-pajjiż se jkun qiegħed jospita l-Olimpjadi tax-Xitwa. 

B’hekk issa r-residenti ta’ Xi’an qegħdin jiġu ordnati biex jibqgħu d-dar filwaqt li daħlu fis-seħħ ukoll restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Dan kollu seħħ wara li f’din il-belt feġġew mijiet ta’ każi ġodda li aktarx bdew minn università ġewwa din il-belt. Apparti hekk, l-awtoritajiet bdew ukoll testijiet tal-massa fuq ir-residenti kollha ta’ din il-belt. 

S’issa l-każijiet minn Xi’an infirxu għal ħamest ibliet oħra b’każ minnhom jiġi intraċċat ġewwa Beijing. Dan nissel tħassib fost l-awtoritajiet tal-pajjiż hekk kif hu evidenza ċara ta’ kemm dan il-virus kapaċi jinfirex malajr anke f’pajjiż kbir bħaċ-Ċina.  

Ekonomija

Sport