Saturday, December 21, 2024

“Iċ-ċittadini Russi li jopponu lit-tmexxija Russa huma tradituri” – Putin

Aqra wkoll

L-Analist Politiku Andrei Kolesnikov argumenta li l-President Russu Vladimir Putin qasam liċ-ċittadini Russi f’żewġ kateogriji: dawk li huma “nodfa” — il-patrijotti — u l-oħrajn li huma “maħmuġin” — it-tradituri. Putin wissa li l-pajjiżi tal-Punent se jużaw “lit-tradituri” Russi sabiex ikissru s-soċjetà Russa, u xebbah lil dawn it-tradituri ma’ insett żgħir.

Skont il-politiku Russu Mikhail Kasyanov, “Putin qed jintensifika l-azzjonijiet tiegħu sabiex ikisser ir-Russja u qed iħabbar ripressjonijiet kbar kontra dawk kollha li ma jaqblux mat-tmexxija tiegħu”. Huwa żied jgħid li Putin għamel numru ta’ dikjarazzjonijiet foloz, inkluż li l-gwerra fl-Ukrajna kienet skuża sabiex il-pajjiżi tal-Punent jimponu s-sanzjonijiet għax “Huma ma jridux li r-Russja jkollha sovranità b’saħħitha”. Saħansitra Kasyanov argumenta li Putin wasal ukoll biex jgħid lir-Russi li r-Russja qed tiġġieled għas-sovranità tagħha u għall-futur ta’ wliedha. 

Minn mindu bdiet l-invażjoni fl-Ukrajna fl-24 ta’ Frar, l-oppożizzjoni fir-Russja saret iktar perikoluża. Putin saħansitra wasal biex imblokka l-aċċess ta’ Facebook u l-maġġoranza tal-midja barranija, kif ukoll daħħal liġi sabiex kull min ixxerred “informazzjoni falza” dwar l-invażjoni fl-Ukrajna jista’ jeħel sa 15-il sena ħabs. Barra minn hekk, eluf ta’ nies li pprotestaw kontra l-gwerrra nżammu arrestati.

Ekonomija

Sport