Friday, November 22, 2024

Iċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal

Aqra wkoll

Is-Servizz Pubbliku jiċċelebra l-Jum Dinji tat-Tfal b’kompetizzjoni

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal iċċelebrat mill-UNESCO llum, l-20 ta’ Novembru, l-Uffiċċju tas Segretarju Permanenti Ewlieni qed iniedi kompetizzjoni għall-istudenti tal-iskejjel primarji li qegħdin  fir-raba’, fil-ħames u fis-sitt sena, bit-tema ‘X’tixtieq issir la tikber?’ 

L-għan ta’ din il-kompetizzjoni huwa li t-tfal minn età żgħira jibdew jaħsbu fuq l-aspirazzjonijiet  tagħhom, isiru konxji tal-karrieri diversi li joffri s-Servizz Pubbliku u jirriflettu fuq il-potenzjal  tagħhom għall-futur. Dan fid-dawl tal-fatt li kull min jixtieq jagħmel differenza fis-soċjetà tagħna  għandu jfittex karriera fis-Servizz Pubbliku. 

F’din il-kompetizzjoni, it-tfal huma mistiedna joħolqu tpinġijiet, postcards, mudelli, artikli, stejjer,  filmati qosra jew produzzjonijiet artistiċi relatati mat-tema ‘Servizz Pubbliku – X’tixtieq issir la  tikber?’.  

Permezz tal-edukaturi fi ħdan id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, l-istudenti se jkunu mħeġġa wkoll biex  jaraw filmat animat maħdum apposta għalihom bit-tema ‘Is-Servizz Pubbliku: X’joffri?’ sabiex  jiksbu tagħrif dwar il-karrieri li joffri s-Servizz Pubbliku. 

Id-dettalji u r-regolamenti tal-kompetizzjoni kif ukoll il-filmat animat jistgħu jiġu aċċessati minn fuq  il-paġna ta’ Facebook tas-Servizz Pubbliku.  

Hemm numru sabiħ ta’ premjijiet abbinati ma’ din il-kompetizzjoni, fosthom tablets, cameras tar ritratti u vouchers li jissarrfu f’biljetti għall-familja kollha fl-Akwarju Nazzjonali u fil-ħanut online ta’  Heritage Malta. L-Amministrazzjoni Pubblika se tkun qed taħdem ukoll biex kull min jieħu sehem fil kompetizzjoni jingħata ċertifikat u jkollu xogħlu espost f’wirja diġitali.  

F’kumment tal-okkażjoni, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar sostna li għal diversi snin,  xogħol fis-Servizz Pubbliku ma tantx kien apprezzat, anzi konna nisimgħu ħafna kliem negattiv dwar  il-ħaddiema taċ-ċivil. Illum qed nindunaw li s-Servizz Pubbliku jinsab fuq quddiem fis-soċjetà u  uffiċjali fi ħdanu jagħmlu dak kollu possibbli biex joffru s-servizzi tagħhom 24 siegħa kuljum, is-sena  kollha.

Sport