Wednesday, April 24, 2024

Iċċelebrat Jum Ħad-Dingli

Aqra wkoll

F’Jum Ħad Dingli, li qiegħed jiġi ċċelebrat illum, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur ippreżentajt lis-Sindku Raymond Schembri l-eqdem dokument li jmur lura għall-1419 u li fih jissemma’ dan ir-raħal. 

Id-dokument jispjega kif Ħal Tartarni jew Dinkili, kif kien magħruf dak iż-żmien, kellu 40 raġel fil-milizja. 

Matul ċerimonja, bis-sehem tal-iscouts tal-istess lokal, kien inawgurat restawr fuq niċċa tal-Kunċizzjoni. 

Fost attivitajiet oħra organizzati, numru ta’ dilettanti tal-karozzi esebixxew il-karozzi tagħhom. Ma setax jonqos l-interess partikolarment fejn jidħlu karozzi klassiċi li ħafna jkunu dawk li jaħtfu l-opportunità biex f’dawn l-okkażżjonijiet jaraw mill-qrib u anke jieħdu xi ritratti.

Aktar tard filgħaxija, diversi persuni se jkunu ppremjati għas-suċċessi li għamlu bħala Dinglin.

Sport