Tuesday, November 26, 2024

Iċċelebrata l-festa ta’ San Anton Abbati fix-Xagħra, Għawdex

Aqra wkoll

Il-Ħadd li għadda, 21 ta’ Jannar, fix-Xagħra, Għawdex kienet iċċelebrata l-festa ta’ San Anton Abbati padrun ta’ dawn l-inħawi fil-lokalità tax-Xagħra. Dan il-qaddis huwa meqjus bħala l-protettur tal-annimali u tal-mard tal-ġilda.

F’jum il-festa saret Konċelebrazzjoni Solenni mir-Rettur il-Kan. Michael Galea u l-Kan. Anthony Bajada Ad Unur ta’ San Anton Abbati. Waranofsinhar sar il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Anton Abbati b’purċissjoni qasira mill-knisja b’waqfa fi Pjazza San Anton fejn sar it-tberik tal-annimal, wara t-tberik tkompliet il-purċissjoni akkumpanjata mil-banda Victory tax-Xagħra sal-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina. Waqfa fuq iz-zuntier tal-parroċċa fejn flimkien mal-kleru ta’ din il-bażilika lura lejn il-knisja ta’ San Anton Abbati, sar xi talb u wara ngħatat l-Barka Sagramentali.

Il-Knisja ta’ San Anton Abbati tinsab fin-naħat tal-Qaċċa tar-raħal pittoresk tax-Xagħra u serviet bħala  l-ewwel parroċċa ta’ din il-lokalità u r-raba’ parroċċa f’Għawdex li ġiet imwaqqfa fl-1688 mil-Isqof Davide Cocco Palmieri.

Matul l-aħħar gwerra dinjija fl-1942 din il-knisja ġarrbet ħsarat f’attakk mil-ajru bil-bombi li waqgħu fil-viċin. Wara li ġiet restawrata fit-23 ta’ Settembru 1945 reġgħet infetħet uffiċjalment mil-Isqof Ġużeppi Pace, sar aktar xogħol f’din il-knisja u fl-okkazzjoni tal-festa 1946 saret għal-ewwel darba ċ-ċerimonja tat-tberik ta’ l-annimali, Knisja li għalkemm ma baqgħetx tgawdi minn titlu ta’ parroċċa xorta waħda baqgħet miftuħa għan-nies ta’ din il-komunità fejn sal-lum il-ġurnata xorta baqgħu jiċċelebraw din il-festa u jsir it-tberik tal-annimali u pets.

.


.

Sport