Liam Ramos hu r-raba’ tifel li ġie arrestat minn ICE f’dawn l-aħħar jiem hekk kif kien sejjer lura d-dar mill-Iskola
ICE “arrestaw” tifel ta’ ħames snin hekk kif kien sejjer lura d-dar mill-iskola wara li nġabar minn missieru f’Minnesota fl-Istati Uniti.
Is-supretendent tad-distrett skolastiku f’Columbia Heights qal f’konferenza stampa li Liam Ramos ittieħed taħt kustodja flimkien ma’ missieru meta kienu waslu quddiem id-dar tagħhom.
Is-Supretendenta Zena Stenvik waqt li kienet qiegħda titkellem mal-midja qalet li hekk kif se saret taf bil-każ marret mill-ewwel lejn ir-residenza tat-tifel. Hemm sabet il-karozza tal-missier għadha mixgħula, iżda huma kienu diġà ttieħed f’ċentru ta’ detenzzjoni mill-ICE.

