Qarrej ta’ dan is-sit ġibdilna l-attenzjoni rigward arblu tad-dawl li qiegħed f’sitwazzjoni ta’ periklu fi Triq il-Ferrovija l-Qadima f’Ħal Balzan.
Dan is-sit tkellem mal-Enemalta Plc fejn għarraf lill-entità dwar dan l-inkonvenjent, li min-naħa tagħha kkonfermat li se tkun qiegħda tieħu azzjoni biex jitneħħa kull periklu.
Intant minħabba li l-arblu ċeda għal nofs it-triq u qiegħed iżomm fuq xi wires oħra, wires li kienu mqabbdin minn miegħu għal man-naħa l-oħra tat-triq spiċċaw imdendlin b’tali mod li qegħdin jostakolaw l-aċċessibbiltà tal-istess triq għal vetturi ta’ ċertu għoli.