Kien għall-ħabta tal-10.20am meta l-awtoritajiet tas-salvataġġ ġew informati li f’South Street kien ċeda saqaf.
Fuq il-post marru diversi ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jibdew l-operazzjoni kif ukoll ingħaqdu magħhom timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei.
Uffiċjali tal-Pulizija wkoll jinsabu fuq il-post. Fuq il-post marru wkoll uffiċjali tal-OHSA.
S’issa mhux magħruf jekk hemmx persuni taħt it-tifrik.
