Id-Daniż Jonas Vingegaard (Team Jumbo-Visma) rebaħ il-109 edizzjoni tat-Tour de France.
Il-21 stadju, li kien bejn Paris La Defense Arena sa Champs-Elysees fil-belt kapitali Pariġi fuq 116-il kilometru, intrebaħ minn Jasper Philipsen (Alpecin-Deceuninck) meta rreġistra ħin ta’ sagħtejn, 58 minuta u 32 sekondi.
Huwa attakka fl-aħħar ħinijiet biex finalment għeleb lill-grupp ta’ ċiklisti li kien jikkonsisti mill-Olandiż Dylan Groenewegen (Team BikeExchange-Jayco), in-Norveġiż Alexander Kristoff (UCI WorldTeam), il-Belġjan Jasper Stuyven (UCI WorldTeam Trek–Segafredo) u s-Slovakk Peter Sagan (UCI ProTeam Team TotalEnergies).
Il-ħin ta’ Vingegaard fil-klassifika ġenerali kien dak ta’ 79 siegħa, 33 minuti u 20 sekondi biex temm b’vantaġġ ta’ żewġ minuti u 43 sekondi fuq is-Slovakk, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), bit-tielet post jittieħed mill-Britanniku Geraint Thomas (Ineos Grenadiers).