Wednesday, April 24, 2024

Id-deċiżjoni li tinżamm magħluqa l-gallerija tal-Parlament kienet ibbażata fuq qbil unanimu

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia għamel referenza għal rapporti li dehru dan l-aħħar fil-media dwar l-aċċess għall-gallarija tal-pubbliku fil-Parlament u f’dan il-kuntest huwa ppubblika kontro-protest li ġie ppreżentat illum fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.

Dan wara li nhar il-Ġimgħa li għadda, l-Għaqda Repubblika ressqet protest ġudizzjarju minħabba li ma tħallewx jaċċessaw il-gallerija tal-Parlament. 

F’kontroprotest li ppubblika l-Ispeaker, iffirmat ukoll mill-iskrivan tal-Kamra Raymond Scicluna, intqal li l-attendenza fil-Kamra hija regolata unikament u biss mill-Kamra tad-Deputati kif għandu jkun f’demokrazija li tirrispetta lilha nnifisha. 

Innotaw li l-pandemija għadha preżenti u għalhekk il-Kamra għandha kull dritt li tieħu dawn il-miżuri li jidhrilha neċessarji biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tar-rappreżentanti tal-poplu.

Intqal li d-deċiżjoni tal-Ispeaker li jżomm magħluqa l-gallerija tal-pubbliku ħlief għar-reporters, fil-fatt kienet ibbażata fuq deċiżjoni meħuda b’mod unanimu fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra tal-5 ta’ Ottubru 2020, liema deċiżjoni sal-lum għadha ma ġietx revolata la mill-istess Kumitat u lanqas mill-Kamra.

Intqal ukoll li dan in-nuqqas ta’ revoka tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Ottubru ġie anke konfermat fl-aħħar Seduta Parlamentari tat-30 ta’ Lulju ta’ din is-sena.

Sport