Sunday, December 22, 2024

Id-dejn nazzjonali Malti fost l-inqas fl-UE u ferm inqas mill-medja fiż-Żona Ewro

Aqra wkoll

Rapport tal-Eurostat juri biċ-ċar li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, id-dejn ta’ Malta kien ta’ ftit aktar minn 50% meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross.

Minkejja kull sfida fil-komunità internazzjonali, pajjiżna baqa’ jżomm wieħed mill-inqas livelli tad-dejn fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u dan hekk kif il-Gvern ta għajnuna kbira lill-poplu waqt il-pandemija u għadu qiegħed jagħti sussidji fuq l-enerġija biex il-kontijiet jibqgħu stabbli.

Il-Eurostat jirraporta li r-rata ta’ Malta bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross hi ferm inqas minn dik medja fiż-Żona Ewro, li kważi tlaħħaq id-89%.

Ir-rata ta’ dejn ta’ Malta skont il-Prodott Domestiku Gross hi wkoll inqas mit-threshold ta’ 60%, li hija l-kriterja stabbilità mill-Unjoni Ewropea.

Ir-rapport tal-Eurostat jgħid li r-rata ta’ Malta hija ferm inqas minn ta’ pajjiżi ferm akbar u li huma membri tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt fl-ewwel kwart ta’ din is-sena Franza kellha rata ta’ kważi 111%, filwaqt li l-Ġermanja kellha rata ta’ aktar minn 63%.

Ekonomija

Sport