Saturday, December 21, 2024

Id-differenza fil-fiduċja bejn Abela u Grech hija ta’ 21.3% – stħarriġ

Aqra wkoll

Skont l-ewwel stħarriġ ta’ din is-sena maħruġ mill-gazzetta Maltatoday, il-Prim Ministru Robert Abela jgawdi fiduċja ta’ 47.3% filwaqt li l-fiduċja fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hija ta’ 26%.

Dan ifisser li d-distakk bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech huwa ta’ 21.3%.

L-istess stħariġ juri kif li  kieku kellha ssir elezzjoni għada, id-distakk bejn dawn iż-żewġ partiti jkun ta’ 46,000 vot favur il-Partit Laburista. 

Jidher ukoll li hemm parti mill-elettorat li ma jafdaw lill-ebda wieħed miż-żewġ mexxejja ewelenin, bit-tnejn inaqqsu ftit mill-fiduċja li kellhom qabel iżda ġie osservat li Grech naqas billi jieħu vantaġġ u jżid il-fiduċja fih.

Punti li ħarġu minn dan l-istarriġ juru li Abela jgħaddi lil Grech f’kull kategorija t’età. Fost l-oħrajn joħroġ il-fatt li f’Għawdex, Abela għandu kważi tliet darbiet iżjed fiduċja minn Grech filwaqt li maż-żgħażagħ jgħaddih bi kważi 10%.

Ekonomija

Sport